Nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru se titella’ Festa Tfal, organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien bejn l-għaxra u nofs ta’ filgħodu u l-erbgħa ta’ waranofsinhar.
Matul din l-attività fil-Ġnien Veliko Tarnovo ta’ Triq Santa Marija se jittellgħu diversi attrazzjonijiet għat-tfal bħal logħob tradizzjonali Malti, arti u go karts fost attivitajiet oħra bħal logħob tal-futbol organizzat mit-Tarxien Rainbows.
Minbarra hekk se jkun qed jitqassam frott b’xejn filwaqt li se jittella’ spettaklu ta’ kant u żfin mit-tfal stess.