Fl-ewwel jum li se tingħata t-tilqima għall-kontra l-COVID-19, jiġifieri nhar il-Ħadd li ġej se jkunu qed jitlaqqmu biss 55 persuna.
Dawn l-ewwel ċittadini Maltin huma infermiera fl-isptar Mater Dei, li jaħdmu fit-Taqsima tal-Mard Infettiv u fit-Taqsima tal-Kura Infettiva.
Il-Professur Gauci qalet kif se jingħataw ftit tilqim fl-ewwel jum sabiex ikun assigurat li l-proċess ikun wieħed sigur u effiċjenti għal kulħadd.
https://www.one.com.mt/2020/12/23/ifiqu-132-persuna-ohra-mill-covid-19-u-jfeggu-82-kaz/