Għas-seba’ sena konsekuttiva, MMG promotions fi ħdan is-Socjetà Filarmonica Maria Mater Gratiae flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ser torganizza ż-Żabbar Autofest.
F’din l-attività wieħed għandu l-opportunità li jara mil-viċin diversi tipi ta’ Karozzi u Muturi.
Divertiment u mużika ser ikunu qed jakkumpanjaw l-avveniment tul il-ġurnata kollha filwaqt li ser ikun hemm spettakli ta’ saħħa minn Tony Farrugia u Mr. Cool.
Ma tonqosx ukoll kompetizzjoni unika għall-pajjiżna tal-car limbo fejn karozzi jikkometu għat-titlu tal-iktar karozza baxxa.
Bħal snin oħra, waqt l-attività ser ikunu qed jinġabru donazzjonijiet għal-kawżi ġusti. Din is-sena l-avveniment ser ssir b’risq l-Alive Foundation li taħdem bi sħiħ sabiex jinġabru fondi sabiex jitħalsu tobba u esperti fir-riċerka għall-kanċer.
Din l-attività ser ssir nhar il-Ħadd 29 ta’ April fi Triq Kunsill tal-Ewropa, Ħaż-Żabbar bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.