Permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, nhar il-Ħadd Festivals Malta sej fakkar il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija fl-okkażjoni magħrufa bħala Jum it-Tifkira.
Għal din l-okkażjoni se tiġi kkonċelebrata quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9.30am. Din se tkun immexxija mill-Monsinjur Charles J. Scicluna,l-Arċisqof ta’ Malta. Qabel il-quddiesa, il-President ta’ Malta se jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta, bis-sehem tal-Banda tal-Forzi Armati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Wara l-quddiesa, fil-10.40am, issir iċ-ċerimonja ta’ tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, fil-Furjana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni tal-fjuri mill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u minn persuni distinti oħra.