L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi nhar il-Ħadd 21 ta’ Ottubru ser tiftaħ l-istaġun tal-attivitajiet bil-karozzi u l-muturi 2018/2019. Matul dan l-istaġun ser naraw diversi attivitajiet mis-Sezzjonijiet Autocross, Demolition, Enduro, Motocross u Trials li b’kollox hemm ippjanat 39 attivita għal matul dawn id-disa’ xhur li ġejjin.L-ewwel attività pre-Championship ser tkun Fun Race biex wieħed jevaluwa il-ħiliet tiegħu preżenti għal kompetizzjonijiet matul dan l-istaġun li ġej. Għal darbaoħra l-Kampjonat Nazzjonali ser ikun ibbazżt fuq il-klassi A b’dawk ir-Riders li huma iktar Esperti u Professjonali. Il-Klassi B jaqgħu r-Riders ‘Advanced’ waqt li Klassi Veterans, li qed tagħmel suċċess min sena għal l-oħra, tkun għal riders ta’ iktar min 40 sena. Matul dan l-istaġun ser ikollna wkoll il-Klassi ‘C’. Din il-klassi hija ġdida u ser tilqa’ dawk ir-Rider li jagħmlu dan l-isport bħala dilettanti u dawk li huma ġodda f’dan l-isport.
Il-bżonn li ssir din il-klassi ‘C’ inħass għal fatt li hemm numru ta’ Riders li tmexxija tixtieq tara jieħdu sehem mhux biss waqt it-taħrig imma wkoll biex iħossuhom inkluż waqt l-attivitajiet tal-ASMK. L-ewwel programm mill-Istaġun Motocross ta nhar il-Ħadd ser jibda fl-10am bil-‘Warm-up’ li tibda fid-9,00am.
L-attivitajiet tal-Istaġun ikomplu fil-ġimgħat fejn il-Ħadd 28 t’Ottubru jingħata bidu għall-Kampjonat Nazzjonali Autocross. Bit-tħejjija għal dan l-istaġun matul is-Sibt li ġej u is-Sibt 27 ta’ Ottubru ser issir l-iscrutineering għal karozzi li mistennija jieħu sehem l-attivitjiet bil-Karozzi Autocross.
Bħalissa għadu għaddej ix-xoghol fuq l-Akkademja tat-Trials li huwa Proġett taħt il-VOPS 2018. Wara it-taħrieg tal-Kowċis mil-FMI taħt id-direzzjoni tal-FIM-Europe, il-Kowċis ittrenjati ser ikunu qed iħargu studenti biex iwasluhom għal level baziku ta dan l-isport waqt il-ħin tal-iskola. L-iskop tal-Proġett ikun l-attivita fizika, Edukazzjoni Sportiva fid-dixxiplina ta Sport different fl-iskola min dak tradizzjonali u introduzzjoni ta din id-dixxiplina biex inħajru iktar studenti jipparteċipaw fl-isport.
Intant fit-tmexxija l-ġdida fil-Motocross wara l-aħħar Laqgha Ġenerali rajna nies ġodda jidħlu fit-tmexxija. James Mamo u Michael Sant għal l-ewwel darba ġew eletti biex jirraprezentaw din is-sezzjoni fil-Kumitat Ezekuttiv. Dan ikompli jikkumplimenta mat-tim li kien hemm fl-aħħar staġun b’element żagħżugħ u mistennija iktar ideat ġodda.
It-tmexxija fil-Motocross reġgħet ġiet ikkonfermata f’idejn John Cassar u miegħu hemm Paul Deguara u John Mamo bħala Segretarju u Kaxxier tas-sezzjoni rispettivament.