Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Marzu, Island Car Club se jibda l-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal din is-sena. L-ewwel rawnd ser isir fil-limiti tal-Imtaħleb fir-Rabat. Aktar minn 60 Karozza se jipparteċipaw f’diversi klassijiet u gruppi, minn karozzi regolari tat-triq sa karozzi klassiċi sa karozzi mibnija apposta għal dan it-tip ta sport. Id-dilettanti tal-isport tal-karozzi, u l-pubbliku inġenerali huma mistiedna jsegwu t-tiġrijiet fl-Imtahleb f’żoni magħżula minħabba mizuri ta’ sigurtà.
Dawk interessati f’dan l-isport, anke fil-klassi street-legal, iridu jikkuntattjaw Island Car Club.
Il-kampjonat qed jittella bis-sapport ta England Insurance, The Point, Me Direct, Enemed u ohrajn.