Nhar il-Ħadd li ġej se ssir l-40 edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta. Għall-edizzjoni ta’din is-sena mistennija parteċipazzjoni sabiħa, kemm minn atleti lokali kif ukoll barranin.
Il-Maratona prinċipali se titlaq mill-Mdina fis-7 ta’ filgħodu.
In-Nofs Maratona titlaq ukoll mill-Mdina fit-8.15 ta’ filgħodu.
It-tmiem tal-maratona se jkun bħas-soltu ix-Xatt Tas-Sliema.
L-organizzaturi tal-Marartona kif ukoll Transport Malta qed iħabbru li waqt il-maratona se jkun hemm xi toroq magħluqa. Għalhekk qed jappellaw lill-pubbliku sabiex jevita l-inħawi u jikkopera mal-pulizija.
Hawn isfel tistgħu issibu t-tabella bit-toroq li se jkunu magħluqa fil-ħinijiet tal-Ħadd filgħodu.

