Il-Gozo Motorcross Association se tkun qed torganizza il-finali tal-kampjonat 2022, nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Mejju ġot-trakka Ta’ Xhajma. Il-kompetizzjonijiet jibdew fis-1pm
Wara staġun ta kompetizzjonijet, taħriġ, ferħ, u diżappunti, is-sewwieqa Motocross ser ikunu qed jaħsdu dak kollu li żergħu matul l-istaġun. Il-president tal-GMA Frank Xuereb irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex dan il-kampjonat kien ta suċċess. Huwa rringrazzja speċjalment lir-riders u lil Marshalls kollha li ħadmu biex wasalna sa hawn.
Bħas-soltu l-attivita’ tkun maqsuma f’4 kategoriji – A,B,C,u D. Kull sewwieq kienu jingabrulu l-punti tal-kampjonat matul l-istaġun biex issa dawk li ġabu l-akbar ammont ikunu ppremjati bil-kbir, f’kull taqsima rispettiva tagħhom. Is-sewwieq rebbieħ ta Klassi A ikun inkurunat Overall Champion 2022
It-trofej tal-kampjonat ser ikunu qed jiġu pprezentati mill-Onorevoli Ministru għal Għawdex Clint Camilleri
Matul iċ-ċerimonja tar-rebħa ta’ nhar il-Ħadd, ser jiġu mfakkra żewġ personaġġi fundaturi tal-GMA. Is-sur Gorg Xuereb u s-Sur Vince Bonello kienu hadmu qatiegh biex ix-xewqa taż-żagħzagħ fit-tmeninijiet iseħħ u fl-aħħar ikollhom post fejn jistgħu jipprattikaw il-Motocross ġewwa l-gzira ta Għawdex.
Sadanittant, il-GMA Junior Academy se tkompli tiċċelebra t-twaqqif tagħha billi ser torganizza ġemellaġ sportiv, it-tieni wieħed tax-xorta tiegħu, din id-darba bejn iċ-ċkejknin Għawdxin u sewwieqa zgħar fi Sqallija.
L-erba’ sewwieqa Matthias Sultana, Craig Piscopo, Trystn Theuma and Diego Panza ser ikunu qed jieħdu sehem fil-kompetizzjonjiet li ser jiġu organizzati minn MX SIMETO Offroad Park gewwa Belpasso fi Sqallija fil-15 ta Mejju 2022.
Din hi l-ewwel esperjenza għal dawn is-sewwieqa zgħar li ser jagħmlu minn kollox biex jagħmlu unur lill-għaqda għawdxija u lill-Gzejjer Maltin matul din l-avventura sabiha li ser ikollhom.
Imbgħad, bi ftehim mad-diriġenti sqallin, f’Settembru tal-2022, l-akkademja minn Sqallija ser jiġu hawn ħalli jikkompetu mas-sewwieqa tagħna fit-trakka Ta Xhajma.