Nhar il-Ħadd, 14 ta’ April, Island Car Club ser jorganizza it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb ghall din is-sena. Dan ir-rawnd ser isir fil-Girgenti, limiti tas-Siġġiewi. Aktar minn 60 Karozza se jipparteċipaw f’diversi klassijiet u gruppi, minn karozzi regolari tat-triq sa karozzi klassiċi sa karozzi mibnija apposta għal dan it-tip ta sport. Id-dilettanti tal-isport tal-karozzi, u l-pubbliku inġenerali huma mistiedna jsegwu t-tiġrijiet minn żoni magħżula minħabba mizuri ta’ sigurtà.
Mark Micallef, fin-Norma M20 Mugen tiegħu, rebaħ l-ewwel rawnd li sar fit-3 ta Marzu fl-Imtaħleb, limiti tar-Rabat. Micallef kien segwit mill-qrib minn Jean Vella b’Jedi F1000 u Noel Galea b’Ford Escort Mk2.
Dawk interessati f’dan l-isport, kemm bħala voluntiera kif ukoll bħala sewwieqa anke fil-klassi street-legal, iridu jikkuntattjaw lill-Island Car Club.
Il-kampjonat qed jittella bis-sapport ta England Insurance, The Point, Me Direct, Enemed u oħrajn.