Wara l-waqfa tas-sajf, Island Car Club kif mistenni qed jorganizza il-ħames round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb nhar il-Ħadd, 22 ta’ Settembru, fil-Girgenti, limiti tas-Siġġiewi.
Madwar 70 vettura, inklużi karozzi mibnija apposta għat-tlielaq, karozzi modifikati, u karozzi tat-triq, se jikkompetu fit-tieni nofs tal-Kampjonat. Kull rawnd iwiegħed li jkun aktar intens minn ta qablu.
L-ispettaturi jistgħu jgawdu t-tiġrijiet minn żoni magħżula apposta tul il-korsa. Dan il-Kampjonat huwa sponsorjat minn England Insurance, The Point Shopping Mall, Enemed, u Me Direct.