Il-Ħadd 24 ta’ Settembru, Island Car Club ser jorganizza l-5 Round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb fix-Xagħra GĦawdex. Madwar 90 karozza mistennija jsuqu tul l-għolja fix-Xagħra, u jagħmlu dak kollu possibbli biex ikunu l-aktar veloċi fil-grupp tagħhom.
Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb huwa ippjanat li jkun fuq 8 rounds u għalhekk 3 rounds oħra se jsegwu dan ir-rawnd li ser isir fix-Xagħra. Fost dawn wara ħafna snin, se nkunu qed naraw ir-ritorn ta’ korsa fil-Baħrija.
L-organizzazzjoni ta’ avveniment bħal dan f’Għawdex iġib miegħu diversi sfidi, u ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra, li lejh il-klabb u s-sewwieqa kollha huma grati.