Il-Ħadd, 25 ta’ Settembru, Island Car Club ser jorganizza l-5 Rawnd tal-Kampjonat tal-Hillclimb Malti għal din is-sena. Dan ir-rawnd ser isir f’post ġdid fil-limiti tas-Siġġiewi. L-avveniment ġibed il-massimu ta’ 75 parteċipant possibbli u qed isir fl-Għolja tal-Girgenti, triq li twassal għall-Palazz tal-Girgenti.