Nhar il-Ġimgħa li ġej, l-4 ta’ Jannar, se jkun l-aktar jum kiesaħ s’issa tul din ix-xitwa. Is-sit tal-bassara tat-temp FirstMalta spjega kif it-temperaturi f’dan il-jum se jibdew jinżlu minħabba l-fatt li arja kiesħa mit-Tramuntana tal-Ewropa se tersaq lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.
Fil-fatt, l-ogħla temperatura għal nhar il-Ġimgħa li ġej se tkun 9°C, u kapaċi tinżel sa’ 5°C.
Il-bassara tat-temp qalu li dawn it-temperaturi m’humiex se jiksru ebda rekord, hekk kif l-iktar darba li qatt niżlet it-temperatur f’Malta kien tul il-lejl tad-29 ta’ Jannar tal-1981, meta t-temperatura niżlet għal 1.4°C.