Total ta’ €35,000 ingħataw lil sitt organizzazzjonijiet mhux governattivi li jgħinu b’mod volonatraju lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Is-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar kienet l-iktar li bbenefikat hekk kif irċeviet tmintax-il elf ewro, segwieta mis-St John Rescue Corps u l-Emergency Fire and Rescue Unit:
MALTA RED CROSS €18,000
ST JOHN RESCUE CORPS €6,000
EMERGENCY FIRE & RESCUE UNIT €4,000
EMERGENCY RESPONSE RESCUE CORPS €3,000
MALTA AMATEUR RADIO LEAGUE €2,500
ST JOHN AMBULANCE €1,500
Is-sitt entitajiet joffru spalla fil-ħidma siewja li jipprovdi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia tkellem war il-bini mill-ġdid tal-istazzjonijiet b’tali mod li jilqgħu għat-terremoti. Dan filwaqt li se jinħoloq spazju fihom għall-NGOs:
“Qed noffru wkoll li mhux biss naħdmu magħhom imma noffrulhom anke fejn iżommu l-inġenji tagħhom, it-taħriġ flimkien biex jekk ikun hemm xi diżastru naturali, flimkien ikunu jistgħu jirrispondu, jafu lil xulxin u jistgħu jaħdmu flimkien”.
Qal ukoll li l-Gvern qed ibiddel it-trakkijiet kollha tad-Dipartiment, filwaqt li qed jinżebgħu erba’ bowsers li se jkunu kruċjali f’każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet ta’ nirien kbar.