Chelsea ffirmaw għall-ħames snin lill-midfielder ta’ Leicester City, N’Golo Kante għas-somma ta’ £30 miljun.
Il-midfielder difensiv ta’ 25 sena matul l-aħħar edizzjoni tal-Euro 2016 kien wieħed milli rnexxielu jwassal lil Franza sal-finali.
F’kummenti li ta lill-midja huwa qal li jinsab ferħan ħafna li rnexxielu jiffirma ma’ wieħed mill-akbar timijiet fl-Ewropa, din kienet ħolma għalih.
Kante huwa t-tieni plejer li ffirma ma’ Chelsea matul dan is-sajf wara Michy Batshuayi minn Marsilja.