Malta baqgħet tirrifjuta li ddaħħal is-sebgħa u għoxrin immigrant li kienu salvati miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Tuneżina u li kienu abbord bastiment Daniż.
Għaqda mhux governattiva bl-isem ta’ Mare Jonio talbet lill-awtoritajiet biex idaħħal f’pajjiżna, l-immigranti iżda l-Gvern Malti baqa’ sod mal-pożizzjoni tiegħu.
Il-Prim Ministru Robert Abela kien aċċenna li l-immigranti abbord it-tanker Daniż m’għandhomx dritt jidħlu f’pajjiżna.
Huwa fakkar li l-bastiment Etienne Maersk itajjar bandiera Daniża u l-immigranti ma ġewx salvati fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.
ONE News hu infurmat li l-immigranti ġew trasferiti minn fuq il-bastiment Etienne Maersk għal fuq wieħed tal-għaqda mhux governattiva msemmija.
Il-Gvern Daniż kien saħaq li s-sebgħa u għoxrin immigrant għandhom jiddaħħlu t-Tuneżija.