Nexia BT tagħmel referenza għal artikolu fil-ħarġa tal-bierah ta’ In-Nazzjon datata 10 ta’ Lulju, 2017, intitolat “L-impjegati ta’ Nexia BT jirċievu l-paga b’ċekkijiet maħruġa minn kumpanija oħra”.
Nexia BT tiċħad li l-allegazzjonijijiet, insinwazzjonijiet u konġetturi f’dan l-artikolu u ghaldaqstant qeghda tiftah libell kontra l-editur ta’ dan il-ġurnal.
B’mod partikolari, Nexia BT tiċħad li hi ħallset lill-impjegati tagħha b’cekkijiet ‘minn kumpanija oħra’.
Għal darb’oħra tiċħad ukoll dak kollu li ġie allegat kontriha fix-xhur li għaddew, u li ġie ripetut fl-artikolu għal għanijiet sensazzjonali biss.