Qorti fi New Zealand ordnat li tifel jittieħed f’kustodja temporanja minn uffiċjali tas-saħħa, f’każ dwar trasfużjonijiet tad-demm minn donaturi mlaqqma kontra Covid-19.
It-tifel ta’ erba’ xhur jinsab fi sptar f’Auckland jistenna kura urġenti biex jikkoreġi problemi li għandu f’qalbu. Il-ġenituri tiegħu waqqfu l-operazzjoni u talbu deċiżjoni tal-Qorti li jirċievi demm minn donaturi li mhux imlaqqma.
Iżda l-Qorti iddeċidiet li l-operazzjoni hija fl-“aħjar interess” tat-tifel.
L-Imħallef Ian Gault ordna li t-tifel – identifikat bħala Baby W fid-dokumenti tal-Qorti – jitqiegħed taħt il-kustodja tal-qorti “mid-data tal-ordni sat-tlestija tal-operazzjoni tiegħu, u l-irkupru wara l-operazzjoni”.
Huwa ċaħad it-talba tal-ġenituri għal demm mhux imlaqqam, sejjaħlu mhux meħtieġ u mhux prattiku, u qabel mal-awtoritajiet tas-saħħa li s-sopravivenza tat-tifel tiddependi fuq l-operazzjoni.