Ċittadini Awstraljani u dawk fi New Zealand ser ikunu jistgħu jivvjaġġaw bejn iż-żewġ pajjiżi mingħajr il-bżonn ta’ kwarantina.
Ħabbret dan il-Prim Ministru tan-New Zealand Jacinda Ardern matul il-jum tat-Tlieta.
Spjegat kif il-moviment ħieles bejn iż-żewġ pajjiżi se jidħol fis-seħħ mid-19 ta’ April li ġej.
Ċittadini minn New Zealand diġà jistgħu jivvjaġġaw f’xi stati Awstraljani mingħajr il-bżonn ta’ kwarantina.