Il-vaċċin ta’ Pfizer u BioNTech kontra l-COVID-19 se jibda jingħata f’New Zealand mill-20 ta’ Frar li ġej, hekk kif misenni jasal fil-pajjiż fil-jiem li ġejjin. Il-Gvern approva l-użu ta’ dan il-vaċċin l-Erbgħa li għadda.
Il-pajjiż mistenni jirċievi l-ewwel għexieren ta’ eluf ta’ dożi fil-jiem li ġejjin, biex sal-aħħar ta’ dan ix-xahar ikun irċieva 226,000 doża tal-vaċċin.
Il-Gvern tal-Prim Ministru Jacinda Ardern affaċċja pressjoni għaliex ħaddiema tas-saħħa fil-pajjiż għadhom ma tlaqqmux, meta l-programmi tat-tilqim madwar id-dinja, inkluż Malta, għaddejjin b’suċċess u saħansitra b’rata aktar mgħaġġla minn maħsub.