Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern qalet li l-Gvern qed jesplora l-possibilità li jnaqqas ir-restrizzjoni tal-ivvjaġġar, kif ukoll jmexxi delegazzjonijiet għall-kummerċ aktar tard din is-sena. Dan sabiex New Zealand jerġa’ jingħaqad mal-kumplament tad-dinja wara l-pandemija.
F’konferenza tal-aħbarijiet Ardern qalet illi l-gvern imexxi minnha hu lest li jerġa’ jibni l-kuntatt mal-bqija tad-dinja, wara li l-fruntieri ilhom aktar minn sena magħluqa.
Il-maġġoranza tal-ħaddiema li jagħmlu xogħol essenzjali fi New Zealand huma mlaqqma kontra l-COVID-19 filwaqt li minn Lulju li ġej se jibda t-tilqim għall-firxa aktar wiesgħa tal-popolazzjoni.