New Zealand mhux qed tikkunsidra li ssir repubblika fiż-żmien li ġej, madakollu, eventwalment, in-nazzjon isir repubblikan.
Qalet dan il-Prim Ministru ta’ New Zealand fi tweġiba għall-mistoqsija jekk il-mewt tar-Reġina hux ser iwassal għal din il-bidla.
Jacinda Ardern, qalet li għadu kmieni biex jibda dan id-dibattitu wara l-mewt tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni.
New Zealand huwa wieħed mill-15-il pajjiż li l-Monarkija Brittanika hija l-kap tal-istat, bħalma huma l-Awstralja u l-Kanada, għalkemm, dan l-irwol huwa aktar bħala figura ċerimonjali.
Ardern temmet tgħid, li pajjiżha jista’ jkun li jsir reppubblika sakemm tkun għadha qed tmexxi hi, iżda mhux qed tara li jkun fuq l-aġenda fl-immedjat.