In-nies fi New Zealand ġew mgħarrfa li jistgħu jirritornaw lejn djarhom wara terremot qawwi li seħħ il-Ħamis u wassal għal twissijiet ta’ tsunami.
Dawk li jgħixu mal-kosta tal-Lvant kellhom jerħulha lejn postijiet aktar fil-għoli bħala prekawzjoni minħabba l-mewġ qawwi li beda dieħel lejn il-kosta.
L-awtoritajiet tennew li l-agħar ta’ dan il-mewġ issa għadda u l-livell ta’ allarm issa naqas.
Terremot b’qawwa ta’ 8.1 fuq l-iskala richter laqat il-gżejjer Kermadec, li jinsabu fil-Grigal ta’ New Zealand.