Ir-referees internazzjonali maltin tal-Waterpolo Massimo Angileri u Neville Mercieca riċentement kienu impenjati fit-tournaments Challenger Cup tan-nisa u tal-irġiel.
Mercieca kien parti mir-referees li kkontrollaw il-logħob ta’ Grupp A taċ-Challenger Cup tal-irġiel bejn l-1 u t-3 ta’ Novembru. Logħob li sar f’pajjiżna. It-timijiet li ħadu sehem kienu:
• Sliema ASC (Malta)
• Vitória Sport Clube (Portugall)
• Cetus Espoo (Finlandja)
• GZC Donk (Olanda)
• Welsh Wanderers (Wales)
Min-naħa tiegħu Massimo Angileri kien mar-referees li kkontrollaw logħob miċ-Challenger Cup tan-nisa li ntlagħbu fi Strakonice, ir-Repubblika Ċeka. F’dan it-turnamrnt ħadu sehem:
• ZAVC (Slovenja)
• Otters (Renju Unit)
• Dalton College (Olanda)
• Strakonice (Repubblika Ċeka)