Neville Gafa se jiftaħ libell kontra l-Malta Independent on Sunday, il-Kap tal-Oppożizjoni u politiċi oħra, wara allegazzjonijiet li daħħal profitt minn visas mediċi.
Din il-ġimgħa l-Pulizija qalet li ma sabet ebda evidenza li tindika azzjoni kriminali minn naħa ta’ Gafa.
F’ittra lill-Malta Independent, li ntbgħatet lil mezzi oħra tax-xandir, l-avukat ta’ Gafa qal li dan qatt ma rċieva dawn it-tip ta’ flejjes.
Il-Malta Independent irrapportat li Gafa daħħal bejn żewġ miljun u tliet miljun ewro għalih personali mill-2014.