Neville Gafa wieġeb mhux ħati, wara li tressaq il-qorti akkużat li fis-sebgħa u għoxrin ta’ Ġunju hedded lil ġurnalist Taljan fuq twitter.
Fil-Qorti, l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit u Fabian Fleri, qalet li l-kumment ta’ Gafà fil-konfront tal-ġurnalist Sebastiano Scavo kien tweġiba għal kumment ta’ Scavo fuq tweet oriġinali tal-għaqda Alarm Phone.
Il-Prosekuzzjoni kkonfermat li Neville Gafa kkopera mal-investigazzjoni tal-pulizija u qal li l-kumment kitbu hu. Qalilhom ukoll li hu ma kellu l-ebda intenzjoni li b’xi mod iweġġa’ lil Scavo iżda l-kumment kien purament politiku dwar l-immigrazzjoni.
Fil-Qorti xehed il-ġurnalist Taljan fejn qal li hu kien ingħata protezzjoni mill-pulizija Taljana wara l-kumment ta’ Gafa.