Neville Gafa ġie meħlus minn akkużi li hedded lil ġurnalist Taljan permezz tas-sit soċjali Twitter. Gafa kien uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-ġurnalist f’dan il-każ kien Nello Scavo, li jaħdem f’gazzetta bbażata f’Milan.
Il-Maġistrat Charmaine Galea qalet li ma kinitx konvinta li l-ġurnalist ħassu f’periklu wara li Gafa qal: ‘Waqqaf in-negozju maħmuġ tiegħek. Jekk le se nkunu qegħdin inwaqqfu lilek.’
Il-Qorti rat kif Scavo ma kienx irrapporta dan il-każ mal-Pulizija Taljana.
Gafa xehed fil-Qorti fuq kif ma kellu ebda intenzjoni ħażina meta kiteb il-messaġġ.