Il-proprjetà Neverland ta’ l-istilla tal-Pop Michael Jackson li miet f’Ġunju tal-2009 ġiet mibjugħa lil investitur biljunarju għal kwart tal-prezz inizjali.
Dan il-biljunarju ħallas 22 miljun dollaru għal din il-proprjetà li hija kbira 2,700 ettaru li fl-2015 kienet mniżżla għal 31 miljun dollaru.
Oriġinarjament Jackson, fl-1987, kien ħallas 19 -il miljun u nofs dollaru għal Neverland. Liema art u proprjetà hija msemmija għall-istorja fittizja ta’ Peter Pan dwar l-iżola fejn it-tfal ma’ jikbru qatt.
Fil-bidu tal-millenju, Neverland kienet fil-mira ta’ investigazzjonijiet varji dwar allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali kontra Jackson, li hu stess ċaħad.