Netflix mistennija tagħmel it-teħid tal-vaċċin kontra l-COVID-19 mandatorju għall-membri tal-ekwipaġġ fi produzzjonijiet televiżivi u tal-films Amerikani.
Skont rapporti, il-kumpanija Amerikana se titlob li ċertu membri tal-ekwipaġġ, fosthom atturi u membri oħra b’kuntatt dirett magħhom, iridu jkunu mlaqqma.
Kumpaniji kbar oħra, bħal Google, ukoll qed jitolbu lill-ħaddiema tagħhom jitlaqqmu qabel jirritornaw għax-xogħol fl-uffiċċju, wara li għal xi xhur kienu qed jaħmdu mid-dar.
Netflix se timplimenta din ir-regola, li se tolqot mijiet ta’ eluf ta’ impjiegi, wara standards ġodda li ntlaħaq qbil dwaru bejn numru ta’ unjins u studjos f’Hollywood, biex kumpaniji jagħmlu l-vaċċin mandatorju biex in-nies jitħallew jieħu sehem.
Diversi atturi qalu li mhux se jkomplu bil-produzzjonijiet tagħhom jekk il-membri tal-ekwipaġġ kollha ma jkunux imlaqqma.