Bejn April u Lulju ta’ din is-sena l-pjattaforma tant b’saħħitha Netflix tilfet kważi miljun utent hekk kif ħafna qegħdin jagħżlu li ma jerġgħux iġeddu l-kuntratt tagħhom.
Il-kumpanija qalet li kienet qed tistenna li se jonqsu aktar utenti u meta kien mistoqsi dwar dan il-kap eżekuttiv qal li kieku ma kienx għall-istaġun il-ġdid ta’ Stranger Things kienu jitilqu aktar utenti.
Il-kumpanija kienet irrapurtat l-ewwel nuqqas ta’ utenti f’April tal-2011, aħbar li kienet issarrfet f’ħafna telf t’impjiegi. Fost ir-raġunijiet għala l-utenti qegħdin jagħżlu li ma jerġgħux iħallsu l-miżata tagħhom hija ż-żieda fil-prezzijiet.
L-ikbar nuqqas ta’ utenti kien fl-Istati Uniti, imbagħad fil-Kanada u fl-Ewropa.