Netflix qal li se jkun qed jinvesti aktar minn żewġ biljun dollaru fil-Korea ta’ Isfel biex jinħoloq aktar kontenut matul l-erba’ snin li ġejjin.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Netflix, Ted Sarandos, ħabbar dan wara li ltaqa’ mal-President tal-Korea ta’ Isfel, Yoon Suk-yeol, f’Washington.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Yoon preżentament jinsab fuq żjara statali fl-Istati Uniti fejn hu mistenni jiltaqa’ mal-President Joe Biden.
Netflix ra suċċessi bi produzzjonijiet Koreani, fosthom suċċess mill-akbar bis-serje televiżiva Squid Game.
Ritratt: Reuters