Il-kumpanija internazzjonali Netflix kellha nuqqas ta’ nies li jabbonaw magħha għall-ewwel darba f’għaxar snin.
Il-kumpanija qalet li matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena kien hemm 200,000 persuna li abbonat magħha.
Dan fisser li l-kumpanija ma laħqitx mal-mira tagħha, dik li żżid 2.5 miljun persuna magħha.
Dan in-nuqqas wasal wara li l-kumpanija ssospendiet is-servizz tagħha fir-Russja, wara l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Dan wassal biex kien hemm nuqqas ta’ 700,000 membru li kien abbonat mal-kumpanija.