Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, se jindirizza l-Kungress Amerikan.
Qabel din iż-żjara, grupp ta’ Iżraeljani, bagħtu ittra, fejn akkużaw lil Netanyahu, li hedded is-sigurtà ta’ Iżrael u l-Istati Uniti.
S’issa, kawża ta’ dil-gwerra qalila, tilfu ħajjithom 40,000 persuna f’Gaża.
Minkejja li n-negozjati marbuta mal-waqfien mill-ġlied deħlin fit-tielet ġimgħa tagħhom, dawn s’issa għadhom ma wasslu mkien.
Il-Viċi President tal-Istati Uniti, Kamala Harris, flimkien ma’ aktar minn 80 Demokratiku, mhux se tkun preżenti għad-diskors ta’ Netanyahu.
Harris, minflok, se tiltaqa’ miegħu nhar il-Ħamis.
Netanyahu u l-President Amerikan attwali, Joe Biden, se jiltaqgħu nhar il-Ħamis – fejn iż-żewġ mexxejja se jitkellmu mal-ostaġġi li għadhom miżmuma f’Gaża.