Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Prim Ministru Iżrealjan Benjamin Netanyahu se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tal-Iżrael, wara li l-exit polls indikaw li Netanyahu kellu vantaġġ fuq ir-rivali tiegħu Benny Gantz.
Il-Partit ta’ Netanyahu, il-Likud, jidher li se jkollu 36 jew 37 siġġu parlamentari filwaqt li l-alleanza ċentrista ta’ Gantz se jkollha bejn 32 u 34 siġġu. Madanakollu, stħarriġ juri li l-partit Likud u l-alleati lemini tiegħu jista’ jkun li ma jkollhomx il-maġġoranza parlamentari.
L-elezzjoni tat-Tnejn kienet it-tielet waħda fi żmien sena fejn l-ebda mexxej tal-partiti ewlenin Iżraeljani ma kellhom il-maġġoranza ta’ 120 siġġu parlamentari.
Netenyahu huwa l-aktar mexxej Iżraeljan li ilu jservi ta’ Prim Ministru.