Il-Prim Ministru ta’ Israel Benjamin Netanyahu ordna lill-militar tiegħu sabiex toħroġ bi pjan ta’ evakwazzjoni għall-persuni li joqgħodu fin-naħa ta’ isfel ta’ Gaza, partikolarment fil-Belt ta’ Rafah.
Dan bil-ħsieb li titwettaq offensiva b’saħħitha kontra l-Hamas.
B’kollox mal-miljun u nofs persuna mill-Palestina bħalissa jinsabu qed joqgħodu f’Rafah hekk kif sabu refuġju hemm mill-ġlied li ħakem il-bqija ta’ Gaza.
L-Istati Uniti wissew lil Israel li invażjoni fil-Belt ta’ Rafah tista’ twassal għal diżastru filwaqt li l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Maqgħuda wkoll wasslu t-tħassib tagħhom dwar dan.
Gruppi li joffru l-għajnuna stqarru li mhuwiex possibbli li kulħadd jiġi evakwat mill-Belt fil-ħin.