Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu irriġetta l-proposta għall-waqfien mill-ġlied.
Huwa ddeskriva l-għajta tal-Hamas li jiġu rtirati s-suldati kollha minn Gaza u biex tintemm il-gwerra.
F’messaġġ li għamel, Netanyahu saħansitra ddikkjara li waqfien mill-ġlied ikun ifisser telfa għall-Istat Iżraeljan.
Intant, il-Kabinett Iżraeljan ivvota biex jingħalaq l-uffiċċju tal-kamra tal-aħbarijiet Al-Jazeera, li hu propjetà tal-Qatar.
Dan wara li Iżrael allega li dan l-istazzjon ikkollabora mal-Hamas u inċita kontra s-suldati.