Il-Gvern ta’ Iżrael jidher li salva dik li possibilment kellu jkun kollass wara li sieħeb ewlieni waqqaf theddida li jitlaq mill-koalizzjoni. Naftali Bennett, indika li se jieqaf iżda mbagħad ħabbar li se jibqa’.
Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru, Benjamin Netanyahu kellu taħdidiet ma’ ministri bil-għan li jżomm il-koalizzjoni flimkien.
Il-kriżi bdiet meta l-Ministru għad-Difiża rriżenja wara li ma qabilx mat-twaqqif mill-ġlied Iżraeljan mal-militanti ta’ Gaża.