Net TV irrifjuta reklamar f’Mejju li offrielu l-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, l-Ministru Bartolo qal li n-nefqa f’reklamar mill-Ministeru tiegħu xahar b’xahar fl-2017, kienet hekk: Jannar: €22,771.96; Frar: €17,472.83; Marzu: €26,656.62; April: €28,028.28; Mejju: €40,745.45 u Ġunju: €15,916.69.
Il-membru parlamentari nazzjonalista Hermann Schiavone innota li f’Mejju jidher li kien hemm żieda ta’ madwar 30% u staqsa jekk kienx hemm xi programm partikolari li kien jeħtieġ dan ir-reklamar.
Il-Ministru Bartolo qal li ż-żieda f’Mejju fuq ix-xahar ta’ qabel hija attribwita għall-fatt li matul Mejju, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada inawgurat għadd ta’ skejjel ġodda u kien hemm kampanja ta’ informazzjoni lill-poplu.
“Nixtieq nirrimarka li Net TV ġie offrut ammont ta’ reklamar daqs dak mogħti lil One TV, iżda Net TV kien irrifjuta li jagħmel dan ir-reklamar.”