Mill-bidu ta’ Jannar il-Partit Nazzjonalista beda programm ġdid biex jikkompeti ma’ Pjazza, li jixxandar kuljum qabel ONE NEWS.
Konxji mis-suċċess enormi ta’ Pjazza, id-diriġenti tal-Partit Nazzjonalista bdew programm ġdid u fdawh f’idejn il-Kamra tal-Aħbarijiet.
Bil-għan li d-diskussjoni tkun waħda iktar interessanti, kien deċiż li fil-programm ikun hemm mistiedna regolari li mhux bilfors jaqblu mal-linja tal-partit, kif wara kollox jiġri fil-programmi ta’ ONE. Anke jekk ħafna drabi l-Partit Nazzjonalista ħafna drabi mhux jaċċetta li jibgħat ir-rappreżentanti tiegħu.
Wara li bagħtu l-istediniet għall-mistiedna regolari u fl-ewwel ġimgħa tal-iskeda ta’ Jannar dehru xi opinjonisti, fosthom Manuel Micallef, dawk li jmexxu l-kampanja fil-PN xejn ma ħadu gost. Qalu lil ta’ NET NEWS li bħala regola ma ridux diskussjoni miftuħa imma riedu li jitwassal biss il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista. Il-produtturi tal-programm kellhom jerġgħu jibagħtu lil dawn il-persuni, jgħidulhom li milli ftiehmu ma hemm xejn u rtiraw l-istediniet.
Kontra qalbhom, għaliex argumentaw li huma li ġejjin mill-kamra tal-aħbarijiet jafu li anke jekk hemm linja x’tittieħed diskussjoni mqanqla tkun iktar interessanti. Però l-amministrazzjoni ma riedetx taf.
Anke għax din id-deċiżjoni ttieħdet fl-istess perjodu li l-Partit Nazzjonalista ddeċieda li se jagħti programmi lill-kandidati tiegħu fuq l-istazzjonijiet bil-għan li jżid id-doża negattiva u l-attakki fuq il-Gvern. Fost oħrajn mistenni li jkollu programm Salvu Mallia u fir-radju jerġa’ jidħlu lura David Thake.
Dan l-artiklu tista’ ssibu fil-gazzetta KullĦadd