Stqarrija mill-Minsiteru għas-Saħħa
Il-media tal-Partit Nazzjonalista ħarġet b’fake news oħra dwar l-isptar Mater Dei. Din id-darba vvintat li fid-dipartiment tal-Out Patients fl-isptar Mater Dei hemm l-infezzjoni CRE.
Il-media tal-Partit Nazzjonalista ħarġet b’din il-fake news waqt li kienet qed tirrapporta biċċiet minn konferenza tal-aħbarijiet li saret propju f’Level -1 tad-Dipartiment tal-Out Patients f’Mater Dei, fejn hemm id-Dipartiment li propju xogħlu hu li jikkontrolla l-infezzjonijiet fl-isptar Mater Dei, l-Infection Control Unit.
Il-verità hi li fl-aħħar snin, minn wieħed mill-aktar pajjiżi b’rata ta’ MRSA għolja f’pajjiżna, illum Malta għandha waħda mill-aktar rati baxxi ta’ MRSA.
CRE hija infezzjoni wkoll reżistenti mill-antibijotiċi, bħall-MRSA. Waħda mill-metodi kif dawn l-infezzjonijiet ġew ikkontrollati mill-isptarijiet tagħna huwa billi pazjenti qabel ma jagħmlu operazzjoni jiġu ċċekkjati għal dawn l-infezzjonijiet u jkunu trattati qabel ma ssirilhom operazzjoni.
Bis-sistema ta’ tracking li llum teżisti fl-isptarijiet tagħna, anke jekk persuna fil-passat kellha CRE, it-tobba u l-infermiera jkunu jafu biex b’hekk ikunu segwiti l-prekawzjonijiet kollha neċessarji.
Iżda, l-Oppożizzjoni ma jinteressahiex mill-fatti u, għax m’għandhiex xi tgħid fuq il-qasam tas-saħħa, taqbad tippubblika stejjer foloz intenzjonati biss għal skopijiet partiġġjani.