F’intervista ma’ sit popolari mal-ammiraturi tal-Eurovision, l-ambaxattriċi Maltija, Emma Muscat qalet li terfa’ r-responsabilita’ kollha għall-bidla fil-kanzunetta minn ‘Out of Sight‘ għal ‘I am what I am‘
Is-sit eurovisionworld.com innota li għalkemm Emma rebħet il-Malta Eurovision Song Contest fi Frar li għadda b’punti massimi mill-ġurija u l-vot tal-pubbliku, l-kanzunetta nbidlet xorta waħda. F’dan ir-rigward il-kantanta stqarret li wara li rebħet, kien hemm opinjonijiet differenti. Mas-sit, Emma qalet li hi tinsab ċerta li l-pubbliku u l-ġurija ma jivvutawx biss għall-kanzunetta imma wkoll għall-artist/a li huwa/hija l-aħjar li tirrapreżenta lill-pajjiż.
”Jekk Malta ma tikklassifikax għall-final tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘I am what I am’, ma nwaħħal f’ħadt li nbidlet il-kanzunetta. Nerfa’ r-responsabilita’ jien! Jien nagħti l-100% f’kanzunetta li nemmen fiha u ‘I am what I am’ hija kanzunetta li nemmen fiha! Nista’ nagħti prestazzjoni tajba ħafna, hemm messaġġ b’saħħtu u nitama li n-nies u l-udjenza tkanta mal-kanzunetta”
EMMa MUSCAT – KANTANTA
Emma Muscat f’isem Malta ser tkanta fit-tieni semi-finali tal-Ħamis 12 ta’ Mejju. Jekk tikklasifika mal-ewwel għaxra, tgħaddi għall-finali tas-Sibt 14 ta’ Mejju.
Segwi hawn il-vidjo mużikali ta’ I am what I am: