Fl-aħħar snin, il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista kisbu karigi importanti; fosthom ta’ Viċi President tal-Grupp tas-Soċjalsti, min ġie fdat b’rapporti importanti u għamlu ħidma kbira favur pajjiżna.
Dan intqal mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, waqt li qed jindirizza business breakfast organizzat mill-Partit Laburista, bit-tema erba’ snin ta’ kisbiet għal Malta.
Il-Prim Ministru qal li Malta għandha erba’ Membri Parlamentari Ewropej ħabrieka, li kontinwament ħadmu favur pajjiżna, li ħalliet frott fuq livell nazzjonali u Ewropew.
Qal li baqa’ ħafna aktar xogħol xi jsir u qal kif Alfred Sant, Alex Agius Saliba, Josianne Cutajar u Cyrus Engerer se jkomplu jaħdmu qatigħ tul ix-xhur li ġejjin qabel il-poplu jkun imsejjaħ jerġa’ jivvota f’Ġunju li ġej.
Il-Mexxej Laburista qal li l-Partit Laburista huwa impenjat li jżomm kuntatt kontinwu mal-imsieħba soċjali, mal-attivisti u maċ-ċittadini kollha biex jisma’, jiddeċiedi u jimplimenta – politika min-nies għan-nies.
Il-Prim Ministru semma li dan isir billi jisma’, jiddeċiedi u jimplimenta bidliet li jtejbu l-kwalita tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Qal li dan iwassal biex il-viżjoni hija dik li tifhem liċ-ċittadini fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
F’diskors f’dan il-business breakfast, il-Prim Ministru qal li l-erba’ Ewroparlamentari tal-Partit Laburista li jħaddnu l-viżjoni tal-qalba diġitali, li qed iwassal biex pajjiżna jista’ jattira investiment dirett barrani.
Hawnhekk il-Prim Ministru semma s-settur tal-microchips u s-semiconductors, fejn pajjiżna se jkun qed isir l-akbar investiment dirett barrani, wara deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Dr Abela semma wkoll li biex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem biex ikun magħqud mal-kontinent Ewropew. Semma l-ħidma li saret mill-Gvern waslet biex it-tieni interconnctor se tkun iffinanzjata permezz ta’ fondi Ewropej.
Sostna li permezz ta’ dan il-proġett, pajjiżna se jkun qed iwettaq aktar miżuri favur l-ambjent, u anki permezz tal-proġett tax-shore-to-ship.
Il-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar il-laqgħa tal-MED-9, li saret ix-xahar li għadda f’pajjiżna, fejn hemmhekk kien hemm qbil bejn disa’ pajjiżi Mediterranji Ewropej u sostna li fil-jiem li ġejjin dan se jkompli jissaħħaħ.
Il-Prim Ministru qal li l-pajjiżna mixi ‘l quddiem anki permezz ta’ bidliet kbar li saru fil-qasam tas-saltna tad-dritt u l-ugwaljanza. Sostna wkoll li permezz tal-governanza t-tajba qed twassal biex pajjiżna jkompli jissaħħaħ.