Il-kantant Neil Diamond ħabbar li se jirtira mill-vjaġġi, wara dijanjosi reċenti tal-marda tal-Parkinson.
Diamond, li se jgħalaq 77 sena għada l-erbgħa, ikkanċella t-‘tours’ tiegħu f’Marzu li ġej li kien se jagħmel fl-Awstralja u New Zealand wara li ngħata parir mediku biex jagħmel dan.
Il-kantant kien f’nofs it-‘tour’ tiegħu tal-50 anniversarju fix-xena mużikali.
F’dikjarazzjoni personali qal li ħa d-deċiżjoni “b’ diżappunt”. Wera wkoll dispjaċir għal dawk il-persuni li diġa’ xtraw il-biljetti.
Il-Parkinson’s hija kundizzjoni progressiva li fiha l-moħħ issirlu ħafna ħsara. Dan iwassal għal rogħda, diffikultà ta’ mobiltà, tibdil fid-diskors u eventwalment problemi ta’ memorja.