L-atleta u attivist favur ibħra nodfa Neil Agius dalgħodu beda l-għuma tiegħu, bil-għan li jikser rekord dinji għall-itwal għawma fil-baħar miftuħ bla waqfien.
Fil-baħar ta’ Mallorca, fi Spanja, mdawwar b’applaws ta’ kuraġġ, Agius beda l-hekk imsejħa ‘100 Mile Swim’ li se tarah jipprova jgħum minn Mallorca lejn il-punent, mal-kosta ta’ Ibiza. Din l-għuma tkopri madwar 160km.
L-isfida mistennija tieħu tlett ijiem u se teħtieġ madwar 175,000 strokes.
Ftit qabel beda, Agius qal li qed iħossu ppreparat fiżikament u mentalment għal dak li kien ġej.
“Ejja niktbu l-istorja’
Neil Agius, ftit sigħat qabel l-għawma
Intant, l-għawma preċedenti ta’ Agius mill-gżira ta’ Linosa għal Għawdex ġiet iċċertifikata uffiċjalment mill-Marathon Swimming Federation ilbieraħ filgħaxija. Fl-għawma li saret f’Ġunju tal-2021, Agius għum 24km f’madwar 50 siegħa.