L-għawwiem professjonali Neil Agius għaddej bl-aħħar ftit kilometri biex ilesti sfida verament diffiċli u jikser ir-rekord dinji b’għawma ta’ tlett ijiem.
Din l-isfida kienet tikkonsisti f’għawma madwar Malta, Għawdex u Kemmuna mingħajr irqad u l-ebda mistrieħ.
Fil-fatt ftit muemnti ilu Neil qabeż ir-rekord tiegħu stess b’iktar minn 125 kilometru u 52 siegħa. Dan ir-rekord kien laħqu tliet snin ilu fl-2021.
Bħalissa Neil qed jgħum ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Marsaskala però qed jaffaċċja diversi diffikultajiet minħabba li l-gżejjer Maltin qed jesperjenzaw riħ qawwi u xita qalila.
Ftit sigħat ilu Neil laħaq il-120 kilometru minn 160 però l-kundizzjonijiet tal-baħar żgur li qed jagħmluha aktar diffiċli biex ilesti fl-iqsar ħin possibli.
Neil beda din l-isfida fid-disgħa ta’ filgħodu tas-Sibt u jekk tirnexxi l-għawma, Neil Agius jikser ir-rekord għall-itwal għawma mingħajr assistenza f’baħar miftuħ li r-rekord preżenti wkoll jappertjeni lilu.