“Wieħed x’għandu x’jambih il-Malti?”
Hekk qal Godrey Leone Ganado filwaqt li qal li hu ilu jaħdem fil-professjoni tal-accounting għal dawn l-aħħar 50 sena u tulhom qatt ma kellu bżonn il-lingwa Maltija.
Leone Ganado qal ukoll li l-Malti għandu jiġi kkunsidrat bħala lingwa barranija.
L-istess lingwa li tat lill-poplu Malti sens ta’ identità għal ħafna snin u tul ħafna ħakmiet minn diversi imperi m’għandhiex titqies bħala lingwa t’importanza kbira fl-iskejjel Maltin insinwa Ganado.
Leone Ganado mhux l-ewwel darba li sab ruħu f’nofs kontroversja hekk kif kemm -il darba rajnieh jinfexx jattakka u jgħajjar lil diversi nies.
Kien l-istess Leone Ganado li għajjar lil Rosianne Cutajar “qaħba” u kien l-istess Leone Ganado li fetaħ il-kanuni fuq it-tfal tal-Prim Ministru meta esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-frame-up Egrant.