Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala qed jappella lil Awtorità tal-Ippjanar biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jitneħħa b’mod permanenti l-bini abbandunat ta’ dik li kienet il-lukanda Jerma Palace.
Huma qed jappellaw biex jitneħħa b’mod permanenti dan il-bini li qed jikkawża periklu, inkonvenjent u riskji gravi li qed toħloq għal saħħet in-nies u l-interess pubbliku.
Il-Kunsill saħaq illi din l-istruttura bla użu għandha tiġi kkundannata u għandha titwaqqa minnufih anke jekk il-permess għall-iżvilupp jibqa’ pendenti.
Il-Kunsill jittama illi l-Awtorità tal-Ippjanar tilqa’ din it-talba u tieħu azzjoni b’mod urġenti fl-interess tal-ħarsien tas-saħħa pubblika u għall-ġid tal-lokalità kollha li tinkludi r-residenti kif ukoll dawk kollha li jżuru din il-lokalità.