Pia Muehlenbeck neħħiet it-toga tal-avukata u għarfet li l-immudellar u l-ibbloggjar huma d-dinja tagħha. F’temp ta’ tmintax-il xahar għamlet suċċess kbir tant li attirat ’il fuq minn 1.2 miljun segwaċi fuq l-Instagram.
“Inbiddlu ħafna affarjiet minn meta ggradwajt. Bdejt id-ditta tiegħi tal-ilbies sportiv, SLINKI Athletics, u bdejt intella’ diversi ritratti tiegħi fuq is-siti soċjali biex nirreklama l-prodotti.”
Ħafna mir-ritratti, uħud artistiċi, huma meħudin mis-sieħeb tagħha Kane, id-Direttur Maniġerjali tad-ditta li jieħdu ħsieb flimkien.
Il-koppja tippromwovi l-importanza li wieħed jagħmel attività fiżika u jkun b’saħħtu.