Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, ġiet irreġistrata żieda qawwija fix-xogħol għal dawk in-negozji li joffru s-servizzi kemm meta mqabbel mal-aħħar tliet xhur tal-2023, kif ukoll meta mqabbel mal-istess perjodu sena ilu.
Fil-fatt il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ7.4 fil-mija fuq ir-rabaʼ kwart tal-2023, waqt li meta mqabbel mal-istess perjodu ta’ Jannar-Marzu 2023, iż-żieda kienet taʼ 7.3 fil-mija.
L-akbar żieda kienet irreġistrata fit-trasport u l-ħażna b’10.6 fil-mija, segwita minn dik fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn b’9.8 fil-mija, u fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi bi 8.5 fil-mija, fost l-oħrajn.
Dan kollu wkoll fisser li, imqabbel mal-ewwel tliet xhur tal-2023, l-għadd taʼ impjegati u l-pagi wkoll żdiedu b’mod sinifikanti.
Dan ukoll bid-differenza ta’ pajjiżi oħrajn Ewropej.