Negozji Ingliżi kkritikaw lill-politiċi li qed jiġġieldu flok jippreparaw għal Brexit, u wissew li m’hemmx biżżejjed ħin biex jipreparaw f’każ li ma jkunx hemm ftehim.
Hekk kif fadal mitt jum sakkem ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, diversi gruppi qalu li l-kumpaniji segwew t-tilwim fil-Parlament b’biża kbira.
Il-kabinett iltaqa’ fil-jum tat-Tlieta biex iżied il-preparamenti f’każ ta’ tluq mingħajr ftehim. Iżda l-gruppi qalu li l-idea li ‘no-deal’ tista ssir mhix waħda kredibbli.
L-istqarrija konġunta ħarġet mill-Kmamar Ingliżi tal-Kummerċ, il-Konfederazzjoni tal-Industrija Ingliża, l-organizzazzjonijiet tal-manifatturi, il-Federazzjoni tan-Negozji Żgħar u l-Istitut tad-Diretturi.
Sostnew li n-nuqqas ta’ progress f’Westminster ifisser li r-risku ta’ no-deal Brexit qed jiżdied.